MTA Logo

Login /

Lost Password?

LoginLogin RegisterRegister


Environmental

banner

Industry Update News

Industry Updates Archive

27-08-2016 MTA'S EFFORTS ON COMINO BEARING FRUIT

comino

 


Date: 27th August 2016

 

Ref: 67-2016

KEMMUNA: AGGORNAMENT TAL-HIDMA MILL-AWTORITÀ MALTIJA GHAT-TURIZMU

L-istrategija u l-isforzi kontinwi tal-Awtorità Maltija ghat-Turizmu biex thares il-prodott turistiku fuq iz-zewg bajjiet fdati lilha f’Kemmuna (Blue Lagoon u Santa Marija) jidher car li qeghdin ihallu l-frott taghhom. Fil-fatt l-Awtorità qieghda tippublika ritratti tas-sitwazzjoni t’aktar kmieni dalghodu u anke ta’ granet ohra. Ufficcjali tal-istess Awtorità tkellmu ma’ diversi operaturi, inkluz dawk li jipprovdu servizz ta’ garr lejn u minn Kemmuna, fejn l-operaturi esprimew is-sodisfazzjon ghar-rizultati miksuba. Minkejja li qieghda tinghata impressjoni li l-infurzar u l-azzjonijiet bdew jittiehdu minn meta bdew jidhru rapporti fil-midja, l-Awtorità tishaq li din il-hidma ilha ghaddejja madwar sentejn fuq Kemmuna, biex tiehu kontroll tas-sitwazzjoni t’abbuz u deterjorazzjoni tal-prodott li kien hemm ghal snin twal fil-passat. Fil-fatt, kienu diversi l-multi li nghataw lil min ma kienx konformi. Tajjeb infakkru li sal-ahhar ta’ Lulju l-Awtorità kienet diga harget €12,000 f’multi.

B’sodisfazzjoni l-Awtorità Maltija ghat-Turizmu tghid li gewwa l-bajjiet ta’ Blue Lagoon u Santa Marija l-livell milhuq s’issa ghall-ordni, dixxiplina u titjib fil-prodott tad-destinazzjoni huwa dak li mmirat ghalih. L-ordnijiet kif miftehma mal-operaturi tal-umberellel u deckchairs qeghdin ikun osservati u obduti, inkuz li ma jitpoggewx deckchairs qabel ma’ jinkrew, l-ammont allokat fuq kull parti tal-bajjiet u l-prezzijiet massimi li bihom ghandhom jinkrew. Tim ta’ ufficjali mill-Awtorità dedikati fuq dan il-progett, ta’ kuljum sebat ijiem fil-gimgha jaqsmu minn kmieni filghodu lejn iz-zewg bajjiet imsemmija, sabiex mit-tmienja ’l quddiem iwettqu hidma t’oservazzjoni u sorveljanza mill-qrib, fejn ukoll jittiehdu ritratti tas-sitwazzjoni fuq il-bajjiet u jigu wkoll komunikati immedjatament mal-ufficcji tal-Awtorità f’Ghawdex u Malta. Dan isir biex meta u fejn ikun hemm bzonn li jittiehdu passi mmedjati dan isir minghajr dewmien.

Din hija parti mill-hidma li l-Awtorità qed taghmel fuq dawn iz-zewg bajjiet f’Kemmuna. Fil-fatt, il-provediment u finanzjar biex il-bajjiet jkollhom servizzi tal-ewwel ghajnuna (Lifeguards) tindif u garr tal-iskart li jigi ggenerat mill-vizitaturi stess, isir kollu mill-fondi tal-Awtorità Maltija ghat-Turizmu, bl-involviment ta’ stakeholders ohra, primarjament is-sezzjoni tat-tindif fil-Ministeru ghal Ghawdex u Transport Malta. L-Awtorità tiehu l-opportunità sabiex tirringrazzja l-Management u l-istaff kollu fl-ufficcju taghha gewwa Ghawdex ghad-dedikazzjoni u hidma qattiegh taghhom. Issir hafna hidma ohra minn wara l-kwinti, fejn tim kompost mill-istakeholders kollha jiltaqa’ fuq medja ta’ kull hmistax u anke kull gimgha fl-eqqel tal-istagun, biex jindirizza affarijiet li jkun hemm bzonn tittiehed azzjoni fuqhom, minghajr dewmien.

Il-hidma tkompli. l-Awtorità temmen u tkompli timmira li jsir pjan holistiku ghal Kemmuna fit-totalità taghha. Fil-fatt dan il-process se jibqa’ ghaddej bla waqfien matul ix-xhur kajmana tal-Harifa u x-Xitwa.

- Tmiem –

 

rss All rights reserved © Copyright MTA 2010