MTA Logo

Login /

Lost Password?

LoginLogin RegisterRegister


Environmental

banner

Industry Update News

Industry Updates Archive

12-08-2016 HIRE OF BEACH UMBRELLAS AND DECKCHAIRS ON COMINO

 

bluelagoon-pricesstamarija-pricelist

 


Date: 12 Aug 2016
Ref: 63-2016

 

Stqarrija mill-Awtorità Maltija ghat-Turizmu

B’riferenza ghal rapporti u kummenti li dehru fl-ahhar jiem fuq il-mezzi tal-istampa u Social media, l-Awtorità Maltija ghat-Turizzmu qeghda tippubblika il-prezzijiet awtorizzati skont il-kuntratti miftehma mal-koncessjonijiet u operaturi tal-Umbrellel u Deckchairs fil-bajjiet ta’ Blue Lagoon u Santa Marija rispettivament gewwa Kemmuna.

L-Awtorità Maltija ghat-Turizmu qeghda taghmilha cara li kull kirja ta’ Deckchairs u Umbrellel irid ikun konformi mal-lista ta’ prezzijiet mehmuza ma’ din l-istqarrija. Huwa importanti li ghal kull transazzjoni ta’ kirijiet tinghata lill-klijent ircevuta fiskali. Minn barra l-obbligu li l-operaturi ghandhom biex jesponu il-prezzijiet, tabelli bil-prezzijiet skont iz-zona rispettiva ser ikunu nstallati mill-Awtorità fiz-zewg bajjiet f’Kemmuna.

Bhal ma’ sar sa mill-bidu tal-istagun tas-Sajf, l-Awtorità ser tkompli taghmel l-ispezzjonijiet u tiehu l-passi permessi bil-ligi, biex tassigura li jkunu qeghdin jigu osservati l-obbligi kontrattwali kollha mill-operaturi, fiz-zewg bajjiet imsemmija. Fin-nuqqas li xi regola ma tigix osservata, l-Awtorità tirriserva d-dritt li sahansitra tirrevoka il-kuntratt mirbuh b’effett immedjat.

L-Awtorità Maltija ghat-Turizmu fis-sena 2015 kienet ghamlet sejha ghall-operaturi tal-Umbrellel u Deckchairs, b’tender pubblika ghal tliet snin. L-erba’ operaturi li rebhu din it-tender intrabtu b’obbligi kontrattwali mal-Awtorità. Fost dawn l-obbligi hemm klawsoli li jirregolaw l-ammont ta’ Deckchairs f’kull zona moghtija lilhom u anke l-prezzijiet li bihom ghandhom jinkrew. L-Awtorità hija konxja mill-fatt tal-problemi li kien hemm f’dawn il-bajjiet f’Kemmuna fil-passat. Fost dawn insibu operat illegali fuq Kemmunett u fuq il-garig li huwa skedat min-Natura 2000 u li gew indirizzati.

Il-pubbliku ghandu jara li jinghata ircevuta fiskali u f’kaz li jintalab ihallas iktar minn dawn il-prezzijiet ippublikati ma’ din l-istqarrija ghandu jikkuntatja lill-Awtorità Maltija ghat-Turizmu fuq in-numri tat-telefon 22915452 jew 22915453 mit-Tnejn sas-Sibt mid-09:00am sal-17:00pm u l-Hadd u Festi Pubblici bejn id-09:00am u 12:30pm, jew permezz tal-posta elettronika info@visitmalta.com

rss All rights reserved © Copyright MTA 2010